St Margaret College, Secondary School, Verdala  |  (+356) 25985400|smc.verdala.ss@ilearn.edu.mt

Reliġjon ma’ Ms Busuttil Cini – Year 10

Għeżież studenti

Qed nibgħatikom it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li kont bgħattilkom dwar it-topic il-Knisja. Aqrawhom sewwa u qabbluhom mat-tweġibiet tagħkom. Min minnkom bagħatli x-xoghol, ikkoreġejtu u tajtu marka. Qed nibgħatilkom ukoll l-aħar presentation dwar dan it-topic. Arawha għax fiha tagħrif dwar xi tfisser il-Kommunjoni fil-Knisja ta’ Kristu.

Qed nibgħatilkom ukoll xi noti dwar Topic 7 Għall-Maħfra u r-Rikonċiljazzjoni. Qed nibgħatilkom ukoll 2 video clips dwar Ġesu’ u Levi (Mattew) u l-episodju fejn Ġesu’ jaħfer lill-mara adultera. F’dan il-unit se nagħtikom tagħrif dwar il-Mahfra. Ser naraw kif fil-Vanġelu Ġesu` kien jaħfer u juri mħabba lejn il-midinbin. Se naraw ukoll l-importanza tas-Sagrament tal-Qrar li jissejjah ukoll is-Sagrament ta’ Rikonċiljazzjoni għax jerġgħa jgħaqqadna mill-ġdid ma’ Alla u ma’ ħutna l-bnedmin.

Inselli għalikom,
Ms. J. Busuttil Cini

2020-05-18T10:23:25+00:00 May 18th, 2020|